Web Analytics

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Art - Wikipedija

Art

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Dan l-artiklu huwa dwar Art il-pjaneta. Jekk qed tfittex informazzjoni dwar Art f’sinifikati oħra, mur Art (Disambigwitajiet).

Art
Karatteristiċi fiżiċi
Raġġ tal-Ekwatur 6.378,14 km
Raġġ polari 6.356,78 km
Ċirkonferenza Ekwatorjali 40.075 km
Volum 1,0832×1012 km3
Massa 5,9737×1024 kg
Densità 5,515 g/cm3
Area tas-Superfiċi 510.065.700 km2
Gravità tal-Ekwatur 9,766 m/s2 (=1 g)
Velocità tal-Ħarba 11.180 m/s
Jum Siderali 23,934 siegħa
Inklinazjoni Assjali 23,45°
Temperatura tas-Superfiċi
min media max
185 K 287 K 331 K
Pressjoni Atmosferika superf. 1 bar
Karatteristiċi Orbitali
Distanza medja mix-Xemx 149.597.890 km (= 1 UA)
L-Eqreb Punt 147.100.000 km
Afelju 152.100.000 km
Perjiodu orbitali siderali 365,24 jiem tal-Art
Velocità orbitali medja 29.785,9 m/s
Eċċentriċità orbitali 0,01671022
Inklinazzjoni Orbitali fuq l-Eklittika 0,00005°
Ċirkonferenza Orbitali 924.375.700 km
Satelliti Naturali 1 (Il-Qamar)
Satellita Naturali tax-Xemx
Kompożizjoni Atmosferika
Ażotu 77%
Ossiġenu 21%
Argu 1%
Bjossidu tal-Karbonju

Fwar tal-Ilma

traċċi

Werrej

[editja] Il-Pjaneta Tagħna

ART, IL-PJANETA li fih ngħixu aħna l-bnedmin, huwa it-tielet wieħed 'l hinn mix-Xemx. Fl-ispażju, il-pjaneta Art jidher ta' lewn ikħal skur u ovvjament xi linji bojod dejjem jidbidlu, li huma l-isħab. Il-kulur il-blu ġej mill-ilma likwidu li jieħu 70% tas-superfiċi terrestri. Il-preżenza ta' dawn l-oċejani għandha effett essenzjali għall-ħajja fuq l-Art. Is-simbolu astronomiku ta’ l-Art huwa ċirku u fl-intern tiegħu salib. Il-linja oriżontali tirrappreżenta l-ekwatur, waqt li dik vertikali meridjan (Unicode: ).

[editja] Kompożizzjoni Interna

BĦALL-PJANETI l-oħra, L-Art għandha l-qalba . Din il-qalba hija maqsuma fi tnejn, dik ġewwinija u dik ta' barra (outer core). Il-qalba ġewwinija hija magħmula maġġorment minn ħadid u xi nikil u fonda biss 1,200 km (740 mil). Din il-qalba imbagħad hija mdawra b'ħadid imdewweb, li hija imsejħa appuntu l-qalba barranija u hi ħarira inqas densa mill-ħadid imdewweb pur għaldaqstant x'aktarx jinsabu xi 10% ta' elementi oħrajn bħal kubrit u saħansitra ossiġenu. Il-qalba hija l-iżjed ħaġa densa li tinsab fl-Art u tieħu terz tal-massa ta' l-Art. Fuq il-qalba hemm iż-żona ta' tranżizzjoni: strat ta' bejn 200 u 300 km-(120 u 190 mil) li huwa magħruf bħala "D". Din id-"D" tvarja kimikament kemm mill-qalba kif ukoll mill-mantell ta' l-Art. Il-materjal li hemm fih jista' jkun li hu materjal li kien maħlul mill-qalba jew inkella skula mill-mantell waqt li l-Art kienet għada qed tifforma.


il-kompożizzjoni interna ta' l-Art

1. Il-qalba ġewwinija (solida)

2. Il-qalba ta' barra (likwida)

3. Mantell

4. Il-Mantell ta' Fuq

5. Litosfera

6. Krosta (Crust)


Il-Mantell t'isfel (3) jiehu 50% tal-massa ta' l-Art u hu kompost primarjament basalt, silikon u manjeżju, u ossiġenu. Wisq probbabli fiha wkoll xi traċċi ta' ħadid, kalċju u aluminju.

Bejn il-Mantell t'isfel u dak ta' fuq (4) tinsab iż-Żona ta' Tranżizzjoni, wisgħa 200 km- (120 mil-). Iż-żona tikkonsisti primarjament minn kalċju u aluminju. Il-mantell ta' fuq hu wisgħa xi 400km- (250 mil-).

Il-krosta (6) hi komposta minn minerali ta' densita' baxxa bħal l-ossidu tas-silikon u tvarja mill-ħxuna ta' 10 km- (6 mili-), krosta oċejanika, għal 50 km- (30 mil-) tal-krosta kontinentali.

L-iskema li ġejja tiġbor fiha il-profonditajiet u l-karatteristika prinċipali għad-definizjoni tal-varji qxur li jagħmlu l-Art:

  • 0-30/35 km -- Krosta (proprjetajiet kimiċi)
  • 0-60 km -- Litosfera (proprjetajiet fisiċi)
  • 60-700 km -- Astenosfera jew Mantell ta’ fuq (proprjetajiet fisikċi)
  • 30/35-2900 km -- Mantell (proprjetajiet kimiċi u fisiċi)
  • 700-2900 km -- Mesosfera (proprjetajiet fisiċi)
  • 2900-5100 km -- Nukleju estern jew Qalba ta' barra (proprjetajiet kimiċi u fisiċi)
  • 5100-~6375 km -- Nukleju intern jew Qalba ġewwinija (proprjetajiet kimiċi u fisiċi)

[editja] Qamar

Tlugħ l-Art hekk kif jidher mill-Qamar fuq Apollo 8, 24 Diċembru 1968
Kabbar
Tlugħ l-Art hekk kif jidher mill-Qamar fuq Apollo 8, 24 Diċembru 1968

L-Art tagħna għandha satellita naturali waħda li hija l-Qamar. Il-Qamar huwa satellita li tixbaħ lil Pjaneti terrestri. Id-dijametru tiegħu huwa madwar kwart ta’ dak ta’ l-Art. Is-satelliti naturali tal-pjaneti l-oħra huma wkoll msejjħa qmura għall-qamar terrestri.

Il-ġibda gravitazzjonali tal-Art u l-Qamar tikkawża il-mili u tifrigħ tal-baħar (tides). L-istess effett għal fuq il-Qamar ikkaġuna is-sakra tidali: il-perijodu rotazzjonali tiegħu huwa l-istess bħaż-żmien li huwa jieħu biex jorbita madwar l-Art. Riżultat ta’ dan, aħna naraw dejjem l-istess parti ta’ wiċċ il-Qamar.

Isem Dijametru (km) Massa (kg) Assi Semi-maġġur (km) Perijodu Orbitali
Qamar 3,474.8 7.349 * 1022 kg 384,400 27 jum, 7 siegħat, 43.7 minuta

Hekk kif il-Qamar jdur ma’ l-Art, partijiet differenti minn wiċċu jiġu lluminati mix-Xemx, dan iwwasal għall-fażijiet lunari. Il-Qamar jista’ jaffetwa drastikament l-iżvillup u l-ħajja fuq l-Art billi jimmodifika it-temp. Evidenzi palejontologiċi u simulazzjonijiet bil-kompjuter juri kif it-tilt tal-assi terrestri hija stabbilita mill-interazzjonijiet tidali mal-Qamar. Xi tejoristi jsostnu illi mingħajr din l-istabbilizzazzjoni kontra it-torqijiet aplikati mix-Xemx u l-pjaneti lil nefħa ekwatorjali ta’ l-Art, l-assi rotazzjonali jista’ jkun instabbli għall-aħħar, bħalma jidher li hu għal Marte. Li kieku l-assi tar-rotazzjoni terrestri kellu jilħaq l-pjan elitiku, kien jirriżulta temp aħrax, u id-differenzi ta’ l-istaġuni kienu jkunu estremi wkoll. Pol wieħed kien ikun dirett lejn ix-Xemx matul is-sajf u direttament `l hinn matul ix-xitwa. Ix-Xjenza planetarja li tisstudja dan l-effett tat-tmejjil l-Art, tistqar ili kieku l-annimali kbar imutu u ħajjiet il-pjanti tkun ħafna iżjed diffiċli milli hi. Il-Qamar huwa biżżejjed viċin l-Art li jidher relattivament l-istess daqs tax-Xemx, (ix-Xemx hija 400 darba ikbar mill-Art iżda l-Qamar hu 400 darba eqreb) dan jippermetti l-eklissi totali u anulari tax-Xemx.

L-Art u l-qamar fuq skala.
Kabbar
L-Art u l-qamar fuq skala.

l-iżjed tejorija aċċetta dwar l-oriġini tal-Qamar hija, it-tejorija tal-impatt ġgantesk, li tgħid li ġie ffurmat minn kolliżjoni ta’ protopjaneta id-daqs ta’ Marte ma’ l-Art bikrija. Din l-ipoteżi tispjega (flimkien ma’ affarijiet oħra) in-nuqqas relativ ta’ ħadid u elementi volatili fil-Qamar, u l-fatt ili l-kompożizzjoni tiegħu hija kważi identika għal dik ta’ wiċċ l-Art.


Animazzjoni fuq il-formazzjoni tal-Qamar(ipotesi)
Kabbar
Animazzjoni fuq il-formazzjoni tal-Qamar(ipotesi)



Vulkan jiżbroffa meta żewġ plakek fil-krosta jitbegħdu minn xulxin
Kabbar
Vulkan jiżbroffa meta żewġ plakek fil-krosta jitbegħdu minn xulxin

[editja] Plakka tettonika ta' L-Art

IL-KROSTA flimkien man-naħa ta' fuq tal-Mantell tissejjaħ il-Litosfera, qoxra riġida ta' madwar 100 sa 200 km (60 sa 120 mil) ħoxna. Din il-Qoxra hi maqsuma f'sensiela ta' plakek li jimxu relattivament ma' xulxin bir-rata ta' ftit ċentimetri fis-sena, u hekk jiġi ikkawżat il-mixi tal-kontinenti. Madwar 180,000,000 sena ilu, il-kontinenti kollha kienu magħquda f'daqqa. Għaldaqstant kien jeżisti superkontinent wieħed li jġib l-isem Pangea.

Kien hemm perijodu fejn il-kontinenti kollha kienu superkontinent wieħed, dan il-kontinent kien Pangea. L-ewwel qasma għamlet massa fit-tramuntana, il-Laurasia, u oħra lejn in-nofsin-nhar, il-Gondwanalandja.
Kabbar
Kien hemm perijodu fejn il-kontinenti kollha kienu superkontinent wieħed, dan il-kontinent kien Pangea. L-ewwel qasma għamlet massa fit-tramuntana, il-Laurasia, u oħra lejn in-nofsin-nhar, il-Gondwanalandja.

Hemm tliet tipi ta'limiti tal-plakek:

(1) Diverġenti (jitbgħedu),

(2) konverġenti, jersqu lejn xulxin u jiltaqgħu, fejn plakka tindradam fuq oħra.

(3) konservattivi, li waqt li mexjin jgħaddu ma' ġemb xulxin biss.


It-terremoti isseħħu fil-limiti tal-plakek - il-blat ma jgħaddix ġentilemnt minn ma' xulxin u l-enerġija tiproduċi iċ-ċaqliq ta' wiċċ l-Art. It-terremoti huma l-iżjed komuni tul limiti konservattivi u jafu jkunu aktar b'saħħithom tul limiti konverġenti. Fejn jiltaqgħu żewġ plakek kontinentali, jiffurmaw il-muntanji, għax il-krosta issir eħxen fiż-żona tal-kolliżjoni tal-blat. Fejn il-blat jitbiegħed, materjal minn tal-mantell jitla' fil-wiċċ biex jimla l-ispażji, hekk tiġi ffurmata kresta oċejanika ġdida. Dan il-materjal jista' jkun sparat 'l fuq b'saħħa tremenda; bħall-vulkani fl-Islanda. Vulkani jistgħu sseħħu wkoll fl-limiti konverġenti, meta il-krosta tal-plakka tiġi miġbuda l-isfel, tisħon u ddub, bħal fl-Andi. Vulkani bħal dawk li ffurmaw il-Hawaii huma mbegħda mil-limiti tal-plakek. huma jinsabu f'punti jaħarqu fejn ikun hemm taqlib fil-mantell. Dawn it-tip ta' vulkani jinsabu wkoll fuq il-pjaneti Marte u Venere, Art hi l-uniku pjaneta magħruf li għandu struttura ta' plakek.

[editja] Superfiċi żagħżugħa

Il-Krater tal-Ariżona, USA, huwa ppreservat fi stat tajjeb
Kabbar
Il-Krater tal-Ariżona, USA, huwa ppreservat fi stat tajjeb

WIĊĊ L-ART qed jiġi kontinwament mibdul, minħabba il-plakek tettoniċi. Din hi waħda mir-raġunijiet għala il-krateri ta' impatt ma tantx huma komuni fuq l-Art. Il-krosta oċejanika eżempju, iddum biss 200,000,000 sena qabel tiġi distrutta b'xifer ta' plakka konverġenti. Il-krateri huma wkoll mikula mill-erużjoni, jew midfuna taħt is-sedimenti.

Wieħed mill-krateri l-iżjed magħruf huwa dak tal-Ariżona, USA, li żamm preservat sew minħabba li jinsab f'art niexfa u huwa pjutost reċenti -- hu ġie iffurmat biss madwar 50,000 sena ilu.

Ħafna mill-krateri huma viżibbli biss mill-ispazju. Ċiksulub, li huwa wiesgħa 200 km (120 Mil) kien iffurmat madwar 65,000,000 sena ilu, huwa midfun taħt mijiet ta' metri ta' sediment ġol-Messiku. Dan il-krater huwa l-evidenza ta' impatt enormi li seta' kien il-kawża tat-tmiem id-dinożawri.

[editja] Atmosfera ta' L-Art

L-Art għandha atmosfera relativament ħoxna, magħmula għat-78% ta' ażotu, għall-21% ta’ ossiġenu u għal l'1% ta' argu u traċċi ta’ gassijiet oħra bħal biossidu tal-karbonju u ilma. L-atmosfera taqsam is-superfiċi terrestri mill-ambjent inospitabbli ta' l-ispazju u iżżomm parti kbira ta’ radjazzjoni solari. L-atmosfera tinqasam fi strati varji, it-troposfera, l-istratosfera, il-mesosfera, it-termosfera u l-esosfera.

[editja] Biosfera

It-teoriji kurrenti dwar il-biosfera jgħidu li twildet ftit mijiet ta' miljuni ta' snin qabel il-formazioni tal-pjaneta Art, minn 3,5 u 4 miljardi ta' snin ilu. Il-biosfera hi maqsuma f'varji bjomi, fihom jgħixu il-flora u l-fawna ftit jew wisq simili. Fuq l-Art, il-bjomi huma sseparati prinċipalment skond il-latitudni. Il-bjomi fit-tramuntana taċ-ċirklu polari artiku u fin-nofs in-nhar taċ-ċirku polari antartiku huma relarivament vojta mill-ħajja animali u veġetali , waqt li dawk l-iżjed popolari jinsabu lejn l-ekwatur.


[editja] Temp u Staġuni

L-arja sħuna tal-Art issaħħan it-troposfera, li issir turbolenta. Temperaturi ta' 290K (17ºC/63ºF) fuq wiċċ l-Art jaqgħu għal 220K (-53ºC/-63ºF) fil-quċċata tat-troposfera. Arja sħuna, umda titla u tiksaħ; l-ilma jikkondensa, jifforma is-sħab ta' qtar ċkejkin jew kristalli, jikreja xita, silġ u borra. L-assi tar-rotazzjoni terrestri huwa ittiltjat għal 23º. Din it-tiltjatura tikkawża l-istaġuni; meta emisfera tkun moħbija mix-Xemx, tirċieva inqas dawl, u dak id-dawl li tirċievi jaqa' f'anglu li jrid jippenetra iktar atmosfera biex jasal ma' l-art. Din hija ix-Xitwa għal dik l-emisfera. Minn naħa l-oħra meta emisfera tirċievi iżjed siegħat ta' dawl Xemxi hemm ikun is-Sajf. L-orbita tal-Art mhiex interament ċirkulari, infatti, waqt ix-Xitwa tal-emisfera tat-tramuntana, l-Art hija eqreb lejn ix-Xemx milli waqt is-Sajf. Madanakollu, l-eċċentriċità orbitali hija minima, u li l-Art tkun eqreb lejn ix-Xemx għandha effett minuri minn dak tat-tilt.

[editja] Ħajja fuq l-Art

L-ART hija post uniku fis-Sistema Solari. Huwa l-uniku pjaneta li għandu ammont ta' ilma sinifikanti fuq is-superfiċi; is-superfiċi iżżomm temperaturi tajba biex il-ħajja tkun possibli. L-assi tar-rotazzjoni huwa inklinat biżżejjed biex jagħti l-istaġuni iżda mhux l-estrem tal-istaġuni bħal Uranju.

Hemm diversi teoriji dwar kif oriġinat il-ħajja fuq Art, fosthom it-teorija panspermja.

Il-kontenut ta' ossiġenu fl-atmosfera huma mantnut mill-fotosintesi tax-xtieli ħodor, hekk kif il-bnedmin qed jeqirdu il-veġetazzjoni il-bilanċ bejn id-djosiku tal-karbonju u l-osssiġenu qed jiġi żbilanċat.Emissjonijiet mill-fossili maħruqa qed iħallu ammont dejjem ikbar ta' djosiku tal-karbonju. Iktar ma jkun hawn djassiku tal-karbonju fl-arja l-effett serra jikber, isaħħan is-superfiċi u is-silġ polari jdub.

L-istrat tal-ożonu fl-istratosfera jiproteġġi id-dinja mir-raġġi ultra vjoletti tax-Xemx. Gassijiet magħmulha mill-bniedem bħal chlorofluorocarbons ikkisru l-ożonu u b'hekk radjazzjoni tar-raġġi, li tagħmel il-ħsara tidħol f'ammoti akbar.

Iktar ma Bnedmin jabbitaw il-pjaneta aktar il-biosfera (Il-parti ta' art, arja u ilma) qed tkun mhedda. Il-bnedmin għandhom jitgħallmu jirrispettaw il-fatturi li jagħmlu l-Art post li fih hu possibli l-ħajja.

[editja] Għalqa Manjetika

Il fenomenu tal-Awrora Borealis huwa ikkawżat minn partiċelli ta' gass joniżat li ġej mix-Xemx, waqt li jaħbat ma' l-atmosfera tal-Art.
Kabbar
Il fenomenu tal-Awrora Borealis huwa ikkawżat minn partiċelli ta' gass joniżat li ġej mix-Xemx, waqt li jaħbat ma' l-atmosfera tal-Art.

L-ART IDDUR fuqha nfisha darba kull 24 siegħa, b'hekk tikkawża l-qalba tal-ħadid imdewweb taħdem bħala dinamo u tikreha l-għalqa manjetika.

L-għalqa manjetika tipproteġi l-Art mir-riħ solari. Il-partiċelli ikkargati tar-riħ solari jiġu devjati mill-għalqa manjetika tal-Art, hekk tiġi ikkrejata manjetosfera. Xi partiċelli jiġu maqbuda mill-manjetosfera f'żewġ faxxi semi-ċirkulari u huma msejħa l-Faxxi ta' Van Allen.

Partiċelli oħrajn jinżlu spiralment f'għalqa manjetika tal-Art fil-poli. Il-partiċelli jirrejaġixxu ma' l-atmosfera ta' fuq u jikrejaw l-awrori jew id-dwal tat-tramuntana u n-nofsinhar.









[editja] Ġografija

Ara wkoll: Din hi kategorija li tiġbor fiha l-artikli kollha ta' mt.wiki dwar il-Ġeografija

Mappa fisika ta’ l-Art.
Kabbar
Mappa fisika ta’ l-Art.

Suddiviżjonijiet geografiċi maġġuri:

Kontinenti, Oċejani

Area:

  • total: 510.065.285 km2
  • art: 148.939.063 km2 (29,2%)
  • ilma: 361.126.222 km2 (70,8%)

Konfini:

Il-linji tal-konfini terrestri jammontaw għal 251.480,24 km

Linji tal-kosti: 356.000 km

Rivendikazzjonijiet marittimi:

  • żoni kontigwi: 24 mil nawtiku għall-maġġor parti tan-nazzjonijiet b’xi varjazzjonijiet
  • plattaforma kontinentali: 200 metru ta’ profondità, jew sal-profondità tal- esplorazzjoni. Oħrajn jirivendikaw 200 mil marittimu jew sal-bord tal-plattaforma kontinentali.
  • żona ta’ sajd esklusiva: 200 mil marittimu, b’varjazzjonijiet
  • żona ekonomika esklusiva: 200 mil marittimu, b’varjazzjonijiet
  • ilmijiet territorjali: 12 mil marittimu, b’varjazzjonijiet
  • Nota: konfini ma stati konfinanti jistgħu ma jħallux nazzjonijiet oħra li jestendu iż-żona tas-sajd jew ekonomika sa 200 mil nawtiku. 43 nazzjon u arjiet oħra m’għandhomx aċċess għall-baħar, bħal: Afganistan, Andorra, Armenija, Awstrija, Azerbaijan, Bjelorussja, Bhutan, Bolivja, Botswana, Burkina Faso, Burundi, Repubblika Kentrafrikana, Ċijad, Repubblika Ċeka, Etijopja, Vatikan, Ungerija, Kazakistan, Kirgizistan, Laos, Lesotho, Liechtenstein, Lussemburgu, Malawi, Mali, Moldova, Mongolja, Nepal, Niġerja, Paraguay, Rwanda, San Marino, Slovakja, Swaziland, Svizzera, Tagikistan, Repubblika tal-Maċedonja, Turkmenistan, Uganda, Uzbekistan, West Bank, Zambja, Zimbabwe

[editja] Orografija

Estremitajiet tal-għoli: (imkejla b’rispett għall-livell tal-baħar)

  • L-għola Punt: Monti Everest 8.850 m (stima tal-1999)
  • Punt l-aktar Baxx: Fossa ta’ Marianne fl-Oċejan Paċifiku −10.924 m
  • Punt t-aktar baxxa ta’ l-Art wieqfa: Baħar il-Mejjet −408 m

Huwa stimat li fuq l-Art jgħixu 6.327.152.352 persuna (stima ta’ Novembru 2003).

L-abitat l-iżjed għan-nord huwa Alert ġewwa l-Kanada. L-abitat l-aktar għan-nofs in-nhar huwa l-stazjon ta’ Amundsen-Scott f’Antartide, sitwata kważi eżattament fil-pol tan-nofs in-nhar.

[editja] Ħajjiet Oħra fl-Univers

Ir-rotazzjoni terrestri.
Kabbar
Ir-rotazzjoni terrestri.

HUWA kważi ċert li ma teżisti l-ebda ħajja intelliġenti oħra fis-Sistema Solari. L-astronomi qegħdin iffitxu tip ta' ħajja intelliġenti oħra madwar stilel u pjaneti extra-solari. Ix-Xemx hi biss waħda mill-biljuni ta' stilel li hemm fil-galassja tat-Triq ta' Sant' Anna (bl-ingliż Milky Way). Din il-galassja hi biss sistema stellari fi ħdan l-Univers immens, ħajja għandha tinsab x'imkien ieħor f'dan il-kobor ta' Spazju. Iżda id-distanzi enormi li hemm bejn stilla u oħra u bejn galassja u oħra jagħmluha diffiċli ħafna biex jiġu skoperti forom oħrajn ta' ħajja!

[editja] Kollegamenti Interni

Astronomija

Pjaneta

[editja] Kollegamenti Esterni

Commons
Fil-Wikimedia Commons hemm iktar files multimedjali relatati ma':


Is-Sistema Solari
Image:Pjaneti fis-Sistema Solari.jpg
Xemx · Merkurju · Venere · Art · Marte · Ġove · Saturnu · Uranju · Nettunu
Qmura - Asterojdi: Faxxa prinċipali, Faxxa ta' Kuiper, Nube ta' Oort - Kometi - Stillel l-iktar viċin - Pjaneti Nani
Lingwi oħrajn

Static Wikipedia (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu

Static Wikipedia February 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu