Balzan
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Balzan, magħruf bħala Ħal-Balzan, hu l-isem ta' raħal zgħir lokat viċin iċ-ċentru ta' Malta. Flimkien ma' Attard u Lija, jifforma parti mit-"Tlett Villaġġi".
Ir-raħal kien jikkonsisti fi ftit djar b'għelieqi, iżda maż-żmien kiber u fis-seklu 17 sar parroċċa. bħalissa r-raħal għandu ftit iktar minn 4,000 abitant, il-ġenerazzjoni l-ġdida tgħix 'il barra miċ-ċentru.
Hu maħsub li l-isem Balzan għandu oriġini għarab, probabilment minħabba ż-żebbuġ li kien jinsab fl-inħawi.
Il-Knisja Parrokjali, mibnija f'nofs is-seklu 17, hi dedikata lil Marija Annunzjata. Ir-raħal jiffesteġġa wkoll il-festa ta' San Valentinu, li jagħti l-isem lir-radju tal-lokal, Radio Valentine.