Għawdex
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Għawdex hi gżira li tifforma parti mill-arċipelagu Malti fil-Baħar Mediterran, bħala qies, tiġi t-tieni wara Malta.
Werrej |
[editja] Kultura
Avolja gżira żgħira, ftit 'il fuq minn dik ta' Malta, hija mimlija sigar, frott u fjuri
[editja] Ġeografija
Għawdex hi 67 km² bħala qies hi madwar l-istess daqs il-gżira ta' Ħong Kong. Il-gżira għandha popolazzjoni ta' 30,000, madwar 6,000 minnhom jgħixu fil-kapitali, Rabat, magħrufa wkoll bħala Victoria.
Hi 'l bogħod madwar 6 km fil-majjistral mill-eqreb punt minn Malta, għandha forma ovali, b'14 km tul u 7.25 km wisgħa.
[editja] Storja
Għawdex ilha abitata mill-5 millenju QK, kif inhu pruvat fit-tempji megalitiċi tal-Ġgantija. L-ewwel nies neolitiċi probabilment ġew minn Sqallija.
Fl-antikità, kienet port Feniċju, taħt ir-Rumani Għawdex kien muniċipalità għalih u kellu l-isem ta' Gaulos.
F'Lulju tal-1551 l-Ottomani u s-sibbien tal-Barbarija ħabtu għall-gżira, għamlu skjavi lill-5,000 jew 6,000 abitant, u ħaduhom Tarhuna fil-Libja. Huma ħarbu minn Mġarr ix-Xini.
L-istorja t'Għawdex tmur id f'id ma' dik ta' Malta, minħabba li Għawdex kienet dejjem kmandata minn Malta, ħlief għall-perjodu qasir ta' awtonomija bejn it-28 t'Ottubru, 1798 u l-5 ta' Settembru, 1800, waqt l-Imblokk tal-Franċiżi.