Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Latvja
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-Latvja wieħed mill-pajjiżi fil-Lvant ta' l-Ewropa, beda jidher fix-xena tal-futbol internazzjonali mill-24 ta' Settembru 1922, meta lagħab kontra l-Estonja u spiċċaw parità (Latvja 1 - 1 Estonja). L-ikbar rebħa li għamlet il-Latvja kienet kontra l-Litwanja, meta fit-30 ta' Mejju 1935, it-tim Latvjan skurja sitt gowls (Latvja 6 - 1 Litwanja). Iżda jekk insemmu l-agħar telfa bilfors irridu nsemmu dik tad-29 ta' Mejju 1927 kontra l-Isvezja (Svezja 12 - 0 Latvja).
S'issa l-Latvja għadha qatt ma ħadet sehem fit-Tazza tad-Dinja, iżda fl-2004 ħadet sehem għall-ewwel darba fil-European Championship Cup.
Informazzjoni dwar it-tim Latvjan tal-futbol:
Assoċjazzjoni: Latvian Football Association (L-Assoċjazzjoni Latvjana tal-Futbol)
Il-Kowċ Attwali: Jurijs Andrejevs (2004- )
It-Top Scorer: Eriks Pètersons (b'24 gowl)
Il-Kodiċi tal-FIFA: LVA
Ir-Ranking tal-FIFA: 90 post
L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 51 post (Diċembru ta' l-2003)
L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 107 post (Frar ta' l-2002)
Ir-Ranking tal-Elo: 83